top of page
Search
Writer's pictureStevey Ellul Bonici

Emenda li jekk tidħol fis-seħħ se tbiddel il-liġi ta' l-Abort - Partit Abba




Il-pressjoni ta' Robert Abela u ta’ Chris Fearne biex jiddaħħal l-abort f'Malta mil-iktar fis.


Fil jiem li gejjin Fearne se jressaq emenda, li jekk tidħol fis-seħħ, tbiddel il-ligi ta' l-abort u permezz tahha l-abort ikun legalizzat u miftuh ghal kull abbuz possibli.


Waqt konferenza stampa, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Artikli preżenti fuq l-abort mhux se jintmessu. Iżda jżid jgħid li nhar it-Tnejn 21 ta' Novembru 2022 se jressaq emenda fil-ligi billi tiżdied klawsola (243b). Din l-amenda se tkun qed tmur kontra kull Artikolu iehor preżenti li jikkriminalizzaw l-abort, b'mod mill iktar kontradittorju , sabiex b'hekk, filwaqt li l-abort jibqa “mhux dekriminalizzat”, issa ser ikun jista jsir xorta!


L-artikoli preżenti, 243 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta u l-Artikolu 241(2) tal-Kodiċi Kriminali jghidu hekk;


243 - “Kull tabib, kirurgu, ostetriku jew spiżjar illi xjentement ikun wera jew ta l-mezzi li jkunu ikkaġunaw l-abort, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn tmintax-il xahar sa erba’ snin u l-piena tal-interdizzjoni perpetwa mill-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu”.


241(2) “-istess piena tingħata kontra l-mara li tikkaġuna l-abort fuqha nfisha, jew li tkun qagħdet għall-użu tal-mezzi li bihom l-abort ġie ikkaġunat”.


L-artiklu il-gdid 243(b), skond Fearne, jghid hekk; “Ma jkun twettaq l-ebda rejat taħt l-artikli 241(2) jew taħt l-artiklu 243, meta it-terminazzjoni tat tqala tirriżulta minn intervent mediku magħmul bil għan li tkun protetta is-saħħa ta mara tqila li tkun qegħda tbgħati minn kumplikazzjoni medika li tkun tista tqedila ħajjita f’riskju jew saħħita f'periklu gravi.”



Il-Kap tal-Partit ABBA, Ivan Grech Mintoff, qal li l-Partit ser jibqa jiġġieled favur li-ħajja mill koncepiment sal mewt naturali ta'kull individwu, allura kemm ta l-omm kif ukoll tat-tarbija, f dan il każ. Dak li qed jiġi pproponut diġa huwa kopert mill liġi Maltija fejn tħalli lit-tabib jidittermina b’ mod professionali rigwrad il-ħajja tat tarbija li tista tigi terminata jekk qatt il-ħajja ta l-omm tkun verament fil periklu. Il prim Misitru diga stqar li m ‘ghandux mandat biex imiss il-ligi ta l-abort”. Allura, dan l-artikolu fahxi ta’ Abela u ta’ Fearne huwa biss skuża biex l-abort in ġenerali jkun jista jidħol min go t- tieqa u kontra r-rieda tal-Maltin b’mod mil iktar moqziz.






183 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentarios


bottom of page